Saturday, November 23, 2024

F’maltempata Pulizija jgħin tfajjel jasal l-isptar biex jirċievi l-kura għal-leukemia

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fost id-diversi dipartimenti li dalgħodu għenu tassew minħabba l-maltemp li ħakem il-gżejjer tagħna, Pulizija kien fundamentali biex tfajjel jasal l-isptar u jkun jista’ jirċievi l-kura tiegħu.

Puttinu Cares qalu li t-tfajjel Luca Piccione illum kellu jmur l-isptar jieħu l-kimopterapija għal-leukemia. Hu u ommu nqabdu fil-maltempata u ma setgħux jaslu l-isptar.

L-omm u binha kellhom iħallu l-karozza ‘l boghod mill-isptar għax kien hemm ilma sa l-irkoppa. B’xorti t-tajba dak il-hin kien għaddej pulizija li għenhom jaslu l-isptar u Luca seta’ jieħu t-trattament fil-ħin.

Puttinu Cares rringrazzjaw lill-Korp tal-pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili, Enforcement Officers, Transport Malta u lil kull min għen dalgħodu fil-ħerba li għamlet il-maltempata.

Sport