Saturday, December 21, 2024

“F’Marsalforn qed isir xogħol li ħaddieħor ħallieh fuq l-ixkaffa”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“F’Marsalforn qed isir xogħol bla preċedent. Xogħol li ħaddieħor ħallieh fuq l-ixkaffa.” Iddikjara dan il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said. 

Huwa beda biex spjega li l-investiment li sar f’Marsalforn fejn jidħol l-infrastruttura u t-toroq tal-madwar kien wieħed konsiderevoli. Qal li dan is-sajf ġie inawgurat il-proġett tal-waterfront kollu u anke parti tal-Menqa. 

Qal ukoll li t-triq li mir-Rabat Għawdex twasslek għal Marsalforn, li fiha madwar 4 kilometri, mistenni jibda x-xogħol fuqha s-sena d-dieħla. Barra minn hekk, inbeda x-xogħol fuq it-triq li mix-Xagħra tieħdok għal Marsalforn. 

Ekonomija

Sport