Sunday, December 22, 2024

F’Novembru twaqqfu aktar minn 2,350 vettura u nħarġu 1,180 taħrika

Ikomplu l-ispezzjonijiet minn Transport Malta

Aqra wkoll

Matul ix-xahar ta’ Novembru, Transport Malta waqqfet aktar minn 2,350 vettura fit-toroq Maltin għal spezzjonijiet diversi u nħarġu aktar minn 1,180 taħrika u 475 akkuża.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Aaron Farrugia f’kitba fuq il-praġna tiegħu ta’ Facebook fejn sostna li dan ikompli jixhed l-impenn tal-Awtorità li tkompli tiddaħħal mentalità qalb ix-xufiera li wieħed għandu jsuq bil-galbu filwaqt li juri rispett lejn kull min juża t-toroq tagħna.

Il-Ministru Farrugia żied jgħid li: “se nkomplu nikkonsolidaw il-preżenza tal-uffiċjali tagħna permezz ta’ kampanji informattivi li jwasslu messaġġ b’saħħtu.”

Ekonomija

Sport