It-team nazzjonali Malti tan-nisa, illum jilgħab l-aħħar logħba mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew meta minn Grupp B3 jaffronta lill-Portugall.
It-team immexxi mill-coach, Manuela Tesse, ġej minn telfa ta’ 2-0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq, fis-Centenary Stadium f’partita li stajna ħadna xi ħaġa minnha.
Il-Maltin bdew tajjeb f‘din il-partita u ħolqu erba’ azzjonijiet f’temp ta’ ftit minuti għalkemm l-auto-goal klassiku ta’ Emma Lipman poġġa lill-Irlandiżi minn fuq. Minkejja li kien hemm reazzjoni, l-Irlandiżi skorjaw it-tieni goal u għalqu l-partita.
Wara dan ir-riżultat, in-nisa Maltin jafu li se jispiċċaw fl-aħħar post tal-klassifika u għalhekk ġew relegati għal League C tal-UEFA Women’s Nations League.
Huma kisbu biss punt wara d-draw ta’ 0-0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq, f’Belfast għalkemm imbagħad waslu żewġ telfiet kontra l-Bosnja (1-0 u 2-1) u oħra kontra l-Portugall (2-0).
Tesse hija konxja li l-partita tal-lum se tkun mill-aktar diffiċli u għaldaqstant trid tinżel bi pjan biex trażżan lill-attakkanti avversarji u għaldaqstant taddotta tattika ta’ konteniment u topera bil-kontrattakki.
Malta se jkollhom neqsin lil Alishia Sultana, li għadha kemm ingħaqdet fis-sagrament taż-żwieġ, b’Haley Bugeja ferm dubjuża minħabba li weġġgħet fit-telfa kontra l-Irlanda ta’ Fuq.
Il-partita tibda fis-7.00 pm.