Thursday, October 8, 2026
Home Sport Formula 1: George Russell se jibda mill-aħħar filliera fil-Grand Prix ta’ Singapore

Formula 1: George Russell se jibda mill-aħħar filliera fil-Grand Prix ta’ Singapore

0
48

George Russell se jibda mill-aħħar tal-grid fil-Grand Prix ta’ Singapore wara li ngħata penalita’ relatata mal-power unit tal-Mercedes tiegħu, minħabba li nqabeż il-limitu fuq diversi komponenti. 

Il-penalitá waslet wara li Russell irtira mill-Grand Prix tal-Malasja meta kien fit-tielet post, ħames dawriet biss mit-tmiem, minħabba ħsara fil-magna.

Is-sewwieq Ingliż jinsab 84 punt taħt il-kollega tiegħu, it-Taljan Kimi Antonelli, fil-kampjonat tas-sewwieqa, meta fadal seba’ tiġrijiet oħra għat-tmiem. 

 Il-kap tat-team, Toto Wolff, qal li l-penalitá hija frustranti iżda l-Mercedes qed taħdem biex tifhem il-problemi tagħha.

Antonelli, li rebaħ l-aħħar tiġrija, kompla jsaħħaħ il-vantaġġ tiegħu u jinsab fit-triq biex jirbaħ l-ewwel kampjonat tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here