Saturday, May 4, 2024

Formula 1: Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix ta’ Spanja

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) rebaħ il-Grand Prix ta’ Spanja li sar fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja biex irreġistra r-raba’ rebħa tiegħu tal-istaġun u qabeż fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali wara li s-sewwieq minn Monaco li beda mill-pole position, Chalres Leclerc, kellu jirtira fis-27 dawra għaldaqstant ma kiseb l-ebda punt. Huwa daħal fil-pit stop wara li kellu xi ħsarat fil-magna.

Fit-tieni post temm il-Messikan tar-Red Bull, Sergio Perez, segwit mill-Britanniku George Russell (Mercedes) u Carlos Sainz (Ferrari).

Il-Britanniku, Lewis Hamilton (Mercedes),  temm fil-ħames post minkejja li fl-ewwel dawra kellu ħabta mad-Daniż, Kevin Magnussen (Haas).

L-ewwel tliet postijiet fil-klassifika huma: 110 – Max Verstappen; 104 – Charles Leclerc; 85 – Sergio Perez

Sport