Wednesday, July 24, 2024

Fr Luke Seguna b’rikors urġenti dwar l-għajbien tal-laptop fil-Qorti

Aqra wkoll

L-eks Kappillan ta’ Marsaxlokk, Fr Luke Seguna, fl-aħħar ħinijiet ressaq rikors b’urġenza quddiem il-Qorti wara li sar magħruf li l-laptop tiegħu kien sparixxa mill-Qorti. Fr Seguna qiegħed jgħid li dan ifisser ksur tad-dritt fundamentali tiegħu għall-smiegħ xieraq.

Fr Seguna ilu mill-bidu nett tal-proċeduri jiċħad l-akkużi fil-konfront tiegħu fosthom ta’ frodi, miżapproprjazzjoni ta’ flus u ħasil ta’ flus argumenta li evidenza importanti li kienet tinsab fid-Dar Parrokkjali ma ġietx ippreservata.

Permezz tal-avukati tiegħu Matthew Xuereb u Jose Herrera, Fr Seguna qal li minħabba l-aħħar żviluppi, dan kollu qed ixekkel milli jiżguraw li l-klijent tagħhom jinstab innoċenti quddiem il-Qorti. Huma esprimew tħassib serju li l-laptop intilef wara li ġie ppreżentat.

Id-difiża tal-eks kappillan fir-rikors qed tgħid li waqt l-aċċess ġie nnutat li l-iskrivanija u studju li hemm fid-Dar Parrokkjali ta’ Marsaxlokk u li kienet tintuża mill-klijent tagħhom, u li skonthom kienet tinkludi dokumenti importanti għad-difiża tiegħu kif ukoll dokumenti finanzjarji li jinkludu invoices, irċevuti u dokumenti oħrajn kienu ttieħdu u sal-lum għadhom ma ġewx ippreżentati mill-Pulizija u lanqas mitluba mill-Avukat Ġenerali.

Kien aktar kmieni din il-ġimgħa meta espert tal-Qorti informa lill-Maġistrat li l-laptop tal-eks kappillan li kien suppost il-Qorti ma nstab.

Ekonomija

Sport