Il-kowċ ta’ Napoli Francesco Calzona tkellem ma’ stazzjon tat-televiżjoni Taljana wara t-telfa tat-tim nazzjonali Slovakk kontra l-Awstrija bl-iskor ta’ 2-0. Calzona qed jaqdi funzjoni doppja hekk kif barra Napoli qed imexxi wkoll lil dan it-tim nazzjonali.
Waħda mill-mistoqsijiet li saqsih ġurnalist partikolari Taljan kien il-futur tiegħu u jekk hux qed jaħseb li jiġi konfermat mal-Partenopei.
Calzona pront wieġeb billi qal li mhux jaħseb dwar dan kollu u sostna li l-objettiv ewlieni tiegħu hu li jwassal lit-tim Naplitan għall-kompetizzjonijiet Ewropej tal-klabbs.