Wednesday, July 24, 2024

Għaliex Juventus se jneħħu lil Matias Soule?

Aqra wkoll

Bosta kritiċi tal-futbol Taljan qed jappellaw lil Juventus sabiex jaħsbuha sew qabel ma jneħħu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Arġentin Matias Soule. Bħalissa dan tal-aħħar jinsab b’self mingħand Frosinone u fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet lagħab għat-tim nazzjonali Arġentin ta’ taħt it-23 sena u skorja gowl mill-isbaħ fil-partita ta’ ħbiberija kontra l-Messiku.

Soule ħarġitlu logħba tajba ħafna tant li ġie vvutat bħala l-aqwa plejer fil-grawnd.

Min-naħa tagħhom, Juventus iridu jneħħu lil dan il-plejer sabiex iġibu lil Teun Koopmeiners mingħand Atalanta u fl-istess ħin ikun parti mis-somma mitluba.

Tul dan l-istaġun, Soule skorja 10 gowls f’27 logħba ma’ Frosinone.

Ekonomija

Sport