Wednesday, July 24, 2024

Sofyan Amrabat se jingħaqad ma’ Milan?

Aqra wkoll

AC Milan qed jistudjaw il-possibbilta’ li jiksbu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Marokkin Sofyan Amrabat. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u hu proprjeta’ ta’ Fiorentina għalkemm bħalissa jinsab fuq bażi ta’ self ma’ Manchester United.

Il-plejer Marokkin mhux qed isib post fit-tim immexxi minn Erik Ten Hag u għalhekk dan kollu jista’ jwassal biex ma jibqax f’Old Trafford.

Barra minn hekk, i Rossoneri qed ifittxu dak il-plejer f’nofs il-grawnd li jista’ jaqdi sew dan ir-rwol minħabba li wara t-tluq ta’ Sandro Tonali, huma ma sabux sostitut denju għalih.

Ekonomija

Sport