Wednesday, July 24, 2024

Napoli se jġeddu l-kuntratt ta’ Alex Meret

Aqra wkoll

Napoli bdew il-proċeduri tagħhom sabiex iġeddu l-kuntratt tal-goalkeeper tagħhom Alex Meret. Attwalment il-ftehim ma’ dan il-goalkeeper jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2025. Hu dejjem spikka bejn il-lasti Partenopei bid-diriġenti tal-klabb kuntenti bil-wirjiet tiegħu.

Meret ingħaqad ma’ Napoli fis-sena 2018 u b’kollox deher 121 darba magħhom. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Udinese u SPAL.

Meret minn dejjem sostna li jinsab għal qalbu fi Stadio Diego Armando Maradona u għalhekk l-estensjoni fil-kuntratt għandha tkun formalita’.

Ekonomija

Sport