Wednesday, July 24, 2024

Serhou Guirassy segwit minn Milan

Aqra wkoll

AC Milan qed ifittxu attakkant għall-istaġun li ġej u d-diriġenti Rossoneri qed iħarsu lejn l-iskorer prolifiku ta’ Stuttgart Serhou Guirassy.

Hekk kif l-ispekulazzjonijiet qed ikomplu jiżdiedu li l-attakkant veteran Franċiż Olivier Giroud se jingħaqad ma’ Los Angeles Galaxy fil-Major League Soccer Amerikana, bosta partitarji tal-klabb jinsabu ħerqana min se jkun dak l-iskorer prolifiku ġdid għall-istaġun li ġej.

Guirassy, li kien ukoll objettiv ta’ Bayern Munich f’Jannar li għadda, se jħalli kollox f’idejn l-aġent tiegħu sabiex jara x’se tkun it-triq ‘il quddiem tiegħu.

Ekonomija

Sport