Wednesday, July 24, 2024

Gareth Southgate iwarrab kull spekulazzjoni dwar rwol ma’ Man Utd

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem waqt konferenza stampa wara l-logħba ta’ ħbiberija li t-tim nazzjonali Ingliż kellu kontra l-Brażil, logħba li ntemmet f’rebħa għas-Sudamerikani bl-iskor ta’ 1-0, il-kowċ Gareth Southgate warrab kull spekulazzjoni li jista’ jsir kowċ ta’ Manchester United.

Southgate qal li l-prijorita’ ewlenija bħalissa hu t-tim nazzjonali Ingliż u fuq kollox li jirbħu l-kampjonat Ewropew. Hu qal li mhux xi ħaġa ta’ rispett li titkellem dwar klabb li għandu kowċ bħalissa u li għadu għaddej f’dan l-istaġun.

Southgate ilu jmexxi lit-tim nazzjonali Ingliż sa mis-sena 2016 proprju fil-logħba kontra Malta.

Ekonomija

Sport