Sunday, May 5, 2024

Carlo Ancelotti jfisser ir-raġuni għaliex ma ngħaqadx mal-Brażil

Aqra wkoll

Il-kowċ veteran Taljan Carlo Ancelotti ta r-raġuni tiegħu għala m’aċċettax il-kariga ta’ kowċ tat-tim nazzjonali Brażiljan. Fil-fatt, il-kowċ ta’ 64 sena kellu jingħaqad ma’ dan il-pajjiż fil-bidu tas-sena 2024 iżda b’xi mod dan il-ftehim ma seħħ qatt.

Ancelotti qal li għamel madwar xahar jaħseb dwar din il-kariga u wara li dam itella’ u jniżżel iddeċieda li jibqa’ fil-belt kapitali Spanjola.

Ancelotti fisser kemm jinsab għal qalbu mal-Merengues u kemm kien ikun diffiċli kieku ħalla lil dan il-klabb.

Sport