Thursday, April 25, 2024

Robert Lewandowski jirrifjuta offerta ta’ €100 miljun mill-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Wara żmien xi ftit ikkumplikat, l-attakkant veteran Pollakk Robert Lewandowski reġa’ beda jiskorja. Fil-fatt hu kien deċiżiv għal Barcelona fit-tieni leg tal-UEFA Champions League kontra Napoli meta skorja doppjetta.

Lewandowski qal li jinsabu kuntent fil-Katalunja u żvela li rrifjuta offerta ta’ €100 miljun kull staġun minn xi klabbs tal-Arabja Sawdija. Hu qal li jrid jara lit-tim jirbaħ iċ-Champions League u se jagħmel minn kollox biex dan iseħħ.

Lewandowski għandu kuntratt sas-sena 2025 mal-Blaugrana.

Sport