Franco Ciangura se jingħata l-Premju ‘Ġieħ Għajnsielem’

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem ħabbar li l-Premju prestiġjuż ‘Ġieħ Għajnsielem’ għal din is-sena se jingħata lil Franco Ciangura, wara li d-deċiżjoni ttieħdet b’mod unanimu mill-kunsilliera kollha.

Ciangura ngħata dan ir-rikonoxximent bħala apprezzament għall-kontribut importanti tiegħu lejn il-komunità Għajnselmija, kif ukoll għall-kreattività, id-dedikazzjoni u l-imħabba kbira li dejjem wera lejn raħal twelidu.

Minbarra li serva bħala Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, Franco Ciangura kien strumentali fit-twettiq ta’ diversi inizjattivi li matul is-snin saru parti mill-identità tar-raħal. Fost l-aktar proġetti magħrufa li huma marbuta mal-viżjoni u l-passjoni tiegħu hemm l-attività popolari ta’ Bethlehem f’Għajnsielem u s-Siġra tal-Milied, li t-tnejn saru attrazzjonijiet magħrufa sew u ġibdu viżitaturi minn Malta u minn barra minn xtutna.

Il-ħidma tiegħu ma waqfitx biss fl-isfera ċivika u kulturali. Ciangura kien ukoll wieħed mill-fundaturi u membru attiv tal-Għaqda Drammatika Għajnsielem, filwaqt li aktar riċentement waqqaf il-Għajnsielem Events Team, bl-għan li jkompli jorganizza attivitajiet ta’ kwalità għall-komunità lokali.

Il-Premju ‘Ġieħ Għajnsielem’ se jingħata waqt ċerimonja li se ssir matul ix-xahar ta’ Diċembru.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport