Monday, November 16, 2026
Home Sport Hamrun Spartans jagħżlu lill-coach Portugiż Daniel Portela

Hamrun Spartans jagħżlu lill-coach Portugiż Daniel Portela

0
39

Fis-sigħat li ġejjin, Hamrun Spartans mistennija jħabbru li l-coach Portugiż, Daniel Portela, se jkun il-coach il-ġdid tagħhom.

Bla dubju, dan il-coach ta’ 58 sena m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-football domestiku minħabba li mexxa lil Floriana għal dan l-aħħar 18-il xahar. 

Huwa se jieħu post Marco Amelia li ftit tal-jiem ilu tkeċċa mill-kariga tiegħu minħabba problemi interni. 

Portela mexxa lill-Greens għas-27 rebħ tal-kampjonat fl-istorja tal-club.

Fil-kampjonat Malti huwa ddebutt nhar  nhar is-17 ta’ Awwissu, 2025, fir-rebħa ta’ 3-1 ta’ Floriana fuq Naxxar Lions. 

Huwa mexxa lill-Greens fi 38 partita, b’24 rebħa, 9 draws u 5 telfiet. 

Ta’ min isemm li l-Ispartans ikkunsidraw ukoll lit-Taljan Gianluca Atzori, li huwa eks-coach ta’ Floriana iżda finalment l-għażla waqgħet fuq Portela.

Il-lejla stess mistenni jmexxi l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here