Ilbieraħ, 15 ta’ Novembru, tfakkar is-16-il anniversar mill-mewt ta’ Monsinjur Nikol Ġużeppi Cauchi, li serva b’dedikazzjoni u mħabba bħala Isqof ta’ Għawdex.
Il-memorja tiegħu tibqa’ ħajja fil-qlub ta’ dawk kollha li kellhom ix-xorti jsiru jafuh u f’dawk li apprezzaw il-ħidma pastorali tiegħu, il-ġenerożità u l-impenn tiegħu lejn il-Knisja u l-komunità Għawdxija.
Sittax-il sena għaddew minn meta ħalliena, iżda l-kontribut u l-wirt spiritwali tiegħu jibqgħu mfakkra b’rispett u gratitudni.
