Tuesday, May 13, 2025

Frankie kellu karattru ferrieħi u kien jaf iġib tbissima fuq fomm kulħadd – Fr Martin Micallef 

Aqra wkoll

Il-ħabib tagħna Frankie Bonello ingħaqad mal-Mulej fis-sema.  Frankie, li għex għal bosta snin fid-Dar tal-Providenza kellu karattru ferrieħi, kien jaf iġib it-tbissima fuq fomm kulħadd.  

Hu kien il-ħabib ta’ kulħadd u kulħadd kien ħabib tiegħu. Għaxar snin ilu kellu l-oppurtunità jiltaqa’ u jgħannaq lil Papa Franġisku, ħdejn Casa Santa Marta, fil-Belt tal-Vatikan.  

Dwar din l-okkażjoni u t-tgħannieqa ta’ Frankie, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kien qal, “Ir-residenti stennew li jasal il-Papa b’ħerqa kbira u Frankie ħa l-opportunità li lill-Papa jgħannqu tliet darbiet. U l-Papa ħa pjaċir b’din it-tgħannieqa, tgħannieqa li hija t-tgħannieqa tal-poplu Malti. Aħna wkoll kburin b’din it-tgħannieqa lill-Papa li waslet mingħand Frankie, għax f’din it-tgħannieqa ta’ Frankie naraw il-fjur tal-poplu tagħna, qalb sempliċi, qalb sajfa, imma li għandha għatx għat-tħaddin.” 

Dan kien il-messaġġ li wassal Fr Martin Micallef, fejn spjega li Frankke se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis 15 ta’ Mejju 2025, fil-kappella tad-Dar tal-Providenza fl-4:00 pm

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport