Tuesday, April 16, 2024

Franza: L-1 ta’ Mejju ra waħda mill-ikbar dimostrazzjonijiet li matulha ndarbu aktar minn 100 uffiċjal tal-Pulizija

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 100 uffiċjal tal-pulizija fi Franza sfaw midruba f’Jum il-Ħaddiem hekk kif bosta dimostranti ħarġu bi ħġarhom jipprotestaw kontra r-riformi fl-età tal-irtirar, liema riforma ġiet iffirmata minn mill-President Emmanuel Macron fil-15 ta’ April li għadda. Din mistennija tidħol fis-seħħ sa Settembru li ġej.

Dan intqal mill-Ministru tal-Intern Gérald Darmanin, li rrimarka li din tista’ titqies bħala l-iktar dimostrazzjoni fejn fiha ndarbu l-uffiċjali tal-pulizija. Huwa qal ukoll li ġew arrestati iktar minn 200 persuna. Minkejja li bosta protesti kienu paċifiċi, kien hemm oħrajn fejn kienu aktar vjolenti.

Il-Ministru Darmanin qal li f’Pariġi, uffiċjal tal-pulizija sofra ħruq f’idejh u f’wiċċu, hekk kif intlaqat minn bomba magħmula bil-kimika tal-petrol. Żied jgħid li l-vjolenza seħħet ukoll f’Lyon, f’Toulouse u f’Nantes, fejn diversi vetturi ngħataw in-nar u diversi negozji ġew attakkati.

Fuq Twitter, il-Prim Ministru ta’ Franza Élisabeth Borne qalet li din il-vjolenza hija inaċċettabli.

Ekonomija

Sport