Saturday, December 21, 2024

Franza terġa’ tirbaħ il-Junior Eurovision Song Contest

… Malta tikklassifika fl-10 post

Aqra wkoll

Għat-tieni sena konsekuttiva, Franza reġgħet rebħet il-Junior Eurovision Song Contest. Il-kanzunetta rebbieħa kienet “Cœur” interpretata minn Zoé Clauzure, li kisbet total ta’ 228 punt.

Yulan Law, li rrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta “Stronger”, ikklassifikat fl-10 post u kisbet 94 punt.

B’kollox kien hemm 16-il pajjiż li pparteċipaw f’din l-edizzjoni tal-JESC, li saret f’Nizza fi Franza.

ARA: Yulan Law bi prestazzjoni mill-aqwa fil-JESC

Yulan Law għadha kemm tat prestazzjoni mill-aqwa tal-kanzunetta ’Stronger’ hekk kif tinsab f’Nizza fejn qiegħda tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest.

Il-kantanta Maltija kantat fit-tieni post minn fost is-16-il pajjiż li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f’din l-edizzjoni tal-JESC ta’ din is-sena. 

Malta rebħet darbtejn dan il-konkors permezz tal-kantanti Gaia Cauchi fl-2013 u Destiny Chukunyere fl-2015.

Ara l-prestazzjoni tal-kantanta Maltija minn hawn taħt:

Ekonomija

Sport