Friday, May 3, 2024

Franza tingħaqad ma’ pajjiżi oħra li toffri kontraċettivi b’xejn

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Gvern Franċiż fl-aħħar jiem ħabbar li se jestendi l-iskema li tiggarantixxi kontraċettivi b’xejn lil nisa li għandhom inqas minn 25 sena. Din l-iskema diġà daħlet fis-seħħ fl-2020 iżda kienet tolqot biss lil tfajliet bejn 15 u 18-il sena. 

Il-lista ta’ kontraċettivi b’xejn tinkludi l-pill, il-patches (kontraċettivi fuq l-idejn), l-IUDs (kontraċettivi fl-utru) u tipi ta’ kontraċettivi oħra li huma magħmulin minn ormoni sterojdi. Apparti minn hekk, il-Gvern Franċiż se jkun qiegħed ikopri l-vista għand it-tabib. 

Il-Ministru għas-Saħħa Franċiż, Olivier Veran, saħaq li numru ta’ stħarriġ wrew li l-użu ta’ kontraċettivi naqsu sostanzjalment minn, “ċertu gruppi ta’ tfajliet”. 

“L-akbar fattur wara dawn in-numru huwa l-aspett finanzjarju,” spjega Veran. 

Din l-iskema hija waħda minn sejre ta’ miżuri li l-President Franċiż Emmanuel Macron qiegħed jagħmel bil-għan li jtejjeb id-drittijiet tan-nisa u  jnaqqas il-faqar fost iż-żgħażagħ.

Numru ta’ pajjiżi Ewropej inkluż il-Ġermanja, il-Belġju u l-Olanda provdew kontraċettivi diġà huma fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li qiegħdin joffru kontraċettivi b’xejn lit-teenagers tal-pajjiżi. Minn naħa l-oħra, ir-Renju Unit qiegħed jipprovdi varjazzjoni ta’ kontraċettivi b’xejn ukoll flimkien man-Norveġja. 

Sport