Saturday, December 21, 2024

Franza viċin il-kwalifikazzjoni meta jiltaqgħu kontra d-Danimarka

Aqra wkoll

Minn Grupp D, fil-5.00 pm, Franza jiltaqgħu kontra d-Danimarka.

Il-Franċiżi kellhom bidu rebbieħ għad-difiża tat-Tazza tad-Dinja li rebħu fl-2018 … billi għelbu lill-Awstralja bl-iskor ta’ 4-1 fl-ewwel logħba tal-grupp. Rebħa tpoġġihom fir-round tal-Aħħar 16.

Id-Danimarka bdew il-kampanja tagħhom f’dan il-grupp bi draw ta’ 0-0 kontra t-Tuneżija. Huma ħarġu biss mill-fażi tal-gruppi f’okkażjoni waħda, fl-2010, u jekk iridu jevitaw li jiġu eliminati minn din l-edizzjoni, ikollhom bżonn riżultat pożittiv.

Id-Danimarka rebħu l-aħħar żewġ partiti bejn iż-żewġ in-naħat, iżda din il-logħba x’aktarx se tara lil Franza tikkwalifika għar-round li jmiss meta huma l-favoriti netti li jiksbu r-rebħa.

Għal Franza, Lucas Hernandez kellu joħroġ wara 13-il minuta nhar it-Tlieta u ġie sostitwit minn Theo Hernandez, li x’aktarx jibda din il-partita. Sfortunament, Hernandez se jitlef il-kumplament tal-istaġun minħabba li sofra injury fil-ligamenti tal-irkoppa.

Min-naħa l-oħra għad-Danimarka, Thomas Delaney, kellu joħroġ ftit qabel il-mistrieħ kontra t-Tuneżija u għalhekk irid jiġi assessjat qabel din il-partita.

Ekonomija

Sport