Lando Norris talab li Franco Colapinto jiġi sospiż għat-tiġrija li jmiss wara aċċident fil-Grand Prix tal-Azerbaijan, iżda George Russell u Max Verstappen ma qablux li din tkun il-kastig xieraq.
Colapinto tal-Alpine tilef il-kontroll tiegħu waqt ir-restart u daħal f’kuntatt ma’ sieħbu fit-team Pierre Gasly. Gasly imbagħad intbagħat fuq Norris, bil-karozzi tat-tliet sewwieqa jkollhom jirtiraw mit-tiġrija. L-inċident wassal biex Alpine fallew opportunità għal riżultat tajjeb, filwaqt li Norris tilef iċ-ċans li jikseb punti.
Norris, li kien vittma innoċenti tal-ħabta, qal li l-FIA għandha tkun aktar stretta ma’ sewwieqa li jikkawżaw inċidenti bħal dan. Huwa argumenta wkoll li l-ħsarat ikkawżati minn ħabtiet bħal dik f’Baku jiswew ħafna flus lit-timijiet. Norris qal li sewwieq li jikkawża inċident waqt restart għandu jingħata mill-inqas sospensjoni ta’ tiġrija waħda.

Colapinto aċċetta r-responsabbiltà u għamel apoloġija, u qal li għamel żball kbir wara li mblokka r-roti u tilef il-kontroll tal-karozza.
L-Arġentin ingħata penalitá ta’ 10 sekondi, li minħabba li ma temmx it-tiġrija nbidlet f’penalitá ta’ ħames postijiet fil-grid għat-tellieqa li jmiss.
Russell, li rebaħ it-tiġrija, qal li sospensjoni tkun ħarxa wisq. Huwa sostna li kundizzjonijiet bħal tyres kesħin waqt restart wara li tkun ħarġet is-Safety Car jistgħu jwasslu għal żball żgħir li jkollu konsegwenzi kbar.
Skont Russell, sospensjonijiet għandhom jingħataw meta sewwieq jagħmel xi ħaġa intenzjonalment perikoluża u imprudenti.





