Sunday, December 22, 2024

F’Settembru 812,000 il-passiġġier użaw l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Aqra wkoll

Settembru li għadda kien it-tielet xahar konsekuttiv fejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ra aktar minn 800,000 passiġġier. It-traffiku ta’ Settembru ammonta għal 812,176 moviment tal-passiġġieri, li jsarraf f’żieda ta’ 6.5% fuq il-livelli tal-2019.

Dan it-tkabbir kien irreġistrat flimkien ma’ żieda ta’ 3.0% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet minn u lejn Malta meta dawn jitqabblu mal-2019. Minkejja din iż-żieda, is-seat load factor (SLF), li jindika kemm minn dawn il-postijiet imtlew, kien wieħed għoli ta’ 89.2%, li wera li d-domanda għall-ivvjaġġar baqgħet b’saħħitha.

Fost l-aqwa ħamest iswieq tal-ajruport ma kienx hemm ċaqliq, hekk kif l-Italja baqgħet fil-quċċata u, għal xahar ieħor, kienet segwita mir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u Spanja. Flimkien, dawn il-ħamest iswieq iġġeneraw 66% tat-traffiku kollu għax-xahar ta’ Settembru.

Filwaqt li l-Italja (+48.7%) u Franza (+46.4%) irreġistraw tkabbir sinifikanti fuq l-2019, ir-Renju Unit (-19.1%) u l-Ġermanja (-23.8%) baqgħu taħt il-livelli tal-2019, u s-suq Spanjol irreġistra tnaqqis marġinali ta’ 0.1%.

Ottubru huwa l-aħħar xahar tal-istaġun tas-sajf għall-industrija tal-avjazzjoni. Fil-fatt, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għadu kemm ippubblika skeda ta’ titjiriet ġdida għax-xhur tax-xitwa (Novembru 23-Marzu 24) hawnhekk. L-iskeda toffri titjiriet diretti lejn 30 suq differenti, b’għadd ta’ rotot popolari mal-pubbliku, bħal Vjenna, Marsilja, Edinburgh, Varsavja u Zagreb, ser ikunu qegħdin jibbenefikaw minn titjiriet aktar frekwenti.

Ekonomija

Sport