L-Iran ħabbar li ftehim mal-Oman dwar rotta għat-tbaħħir mill-Istrett ta’ Hormuz jinsab fl-istadji finali tiegħu, madankollu ma ngħatawx dettlji oħra dwar il-ftehim. L-Istati Uniti u l-Oman għadhom ma kkummentawx dwar din il-ftehim propost.
Madankollu, il-kelliemi għall-ministeru tal-affrijiet barranin, Esmaeil Baqae wissa li ftehim mal-Oman ma kienx se jiggarantixxi navigazzjoni sigura mill-istrett, hekk kif is-sigurtà tibqa’ affettwata mill-imblokk tal-Istati Uniti fuq il-portijiet Iranjani.
Minn mindu l-Istati Uniti u l-Iżrael wettqu attakk fuq l-Iran fi Frar, Tehran fil-biċċa l-kbira mblukkat l-Istrett ta’ Hormuz, rotta li minnha normalment jgħaddi madwar 20 fil-mija tal-provvista dinjija taż-żejt u tal-gass naturali likwifikat.
Nhar it-Tlieta, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wissa li l-Iran kien se “jintlaqat b’mod iebes ħafna” jekk l-istrett ma jinfetaħx “malajr kemm jista jkun”.
Il-kummenti ta Trump segwew dikjarazzjonijiet minn uffiċjali għolja Amerikani li qalu li kien sar progress fit-taħditiet biex il-vjaġġi potenzjalment jerġgħu jibdew aktar tard din il-ġimgħa, għalkemm l-Iran insista li mhuwiex jinnegozja mal-Istati Uniti u m’għandu l-ebda pjan li jagħmel dan.
Il-ftuħ mill-ġdid tal-istrett kien punt ewlieni fid-diskussjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi u l-medjaturi. Aktar tard, id-Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Iran, Kazem Gharibabadi, qal lill-aġenzija Irna li r-rotta l-ġdida kienet se tkun waħda temporanja u setgħet tibqa’ miftuħa għal perjodu ta’ bejn xahrejn u erba’ xhur. Huwa ma tax dettalji oħra.
Il-prezzijiet tal-enerġija esperjenzaw varjazzjonijiet kbar matul il-kunflitt, hekk kif it-trasport permezz ta’ din ir-rotta ewlenija – li minnha jgħaddi madwar 1 minn kull ħamsa taż-żejt u tal-gass naturali likwifikat (LNG) tad-dinja – ġie mfixkel serjament.
Minn mindu faqqgħet il-gwerra, it-traffiku minn dan l-istrett naqas drastikament. L-Iran insista li kull vapur irid jikseb awtorizzazzjoni minn qabel biex jgħaddi, u saħansitra attakka vapuri li injoraw din l-ordni.
Wieħed mill-punti ewlenin ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Iran u l-Istati Uniti huwa t-theddida tal-Iran li jimponi tariffa fuq il-bastimenti li jkunu jridu jgħaddu mill-istrett ta’ Hormuz.
Skont uffiċjal għoli Iranjan ikkwotat minn Reuters, l-Iran qed ifittex li jimponi tariffi li jvarjaw bejn il-5% u s-7% tal-valur tal-merkanzija fuq il-vapuri li jużaw l-istrett. Min-naħa tiegħ
Skont aġenziji nternazzjonali tal-aħbarijiet, il-ftehim propost jagħti lil Tehran il-kontroll fuq il-vapuri li jidħ
FĠunju li għħan li jwaqqfu l-ġlied, jerġgħu jiftħħqu ftehim biex tintemm il-gwerra fi żmien 60 jum.
Il-ftehim falla malajr, kif ġara wkoll bit-taħditiet diplomatiċi, hekk kif l-attakki ta’ tpattija reġgħu bdew ftit jiem biss wara l-iffirmar tal-Memorandum.


