Il-Pulizija jinstemgħu jgħidu: “Iftaħ u oħroġ minn hemm”. “Taħt arrest qiegħed John. Se tkabbarhom l-affarijiet”

Aqra wkoll

Bħalissa f’awla 29 fejn John Agius qed jidher mill-ġdid quddiem il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil.

F’wieħed mill-filmati li ntwera fil-Qorti, uffiċjal tal-Pulizija jinstema’ jgħid li kien lemaħ lill-imputat. Ipprovaw ukoll jiftħu l-bieb prinċipali imma jidher li kien infurzat b’stanga għaldaqstant ma setgħux jidħlu.

Il-Pulizija jinstemgħu jgħidu: “Iftaħ u oħroġ minn hemm”. “Taħt arrest qiegħed John. Se tkabbarhom l-affarijiet.”

L-Ispettur Gulia kompla jgħid li għal diversi drabi, il-pulizija pprovaw jikkonvinċu lill-imputat biex jiftaħ imma huwa kien daħal fir-residenza.

Il-pulizija nnutaw ukoll li kien hemm bieb tal-ħadid li seta’ jagħti aċċess għal din ir-residenza. Dak il-ħin ġie deċiż biex jidħlu. Qabel ma daħlu, il-ħaddiema kienu infurmaw lill-Pulizija li mill-krejn fejn kienu, raw lill-imputat jidħol ġewwa aktarx iġib xi ħaġa.

Waqt li kien deħlin fuq il-post, il-pulizija indunaw li John Agius kien qiegħed jistaħba fuq il-bejt u allegatament kellu wkoll senter. Qal li kien dak il-mument li allegatament ġie sparat tir fid-direzzjoni tal-pulizija u kien intlaqat PC Omar Sharif.

Qal li fl-ebda mument l-imputat ma kien wissa lill-pulizija li kien armat jew li kien se jispara.

Uffiċjal ieħor innota li l-imputat reġa’ kien ħareġ is-senter. Kien hawn fejn l-uffiċjal spara numru ta’ tiri mhux biex jolqot lill-imputa imma f’attentat biex Agius ma jkomplix jispara.

Provajna diversi drabi nagħmlu kuntatt ma’ John Agius imma l-mobile tiegħu kien mitfi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport