Thursday, December 26, 2024

Ftehim għal 300 miljun doża oħra mingħand BioNTech/Pfizer għall-UE

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret illi l-Kummissjoni laħqet ftehim ma’ BioNTech/Pfizer biex tixtri 300 miljun doża oħra tal-vaċċin mingħand dawn il-kumpaniji.

Hija qalet li sa issa l-Kummissjoni għandha aċċess għal 300 miljun doża tal-vaċċin ta’ BioNTech/Pfizer iżda issa b’dan il-ftehim ġdid se jkollha f’idejha d-doppju ta’ dak l-ammont.

Il-President tal-KE żiedet tħabbar li 75 miljun ta’ din l-ordni l-ġdida se tkun disponibbli mit-tieni kwart ta’ din is-sena ‘l quddiem filwaqt li l-kumplament se titqassam fit-tielet u r-raba’ kwart tal-2021.

Hija fakkret kif minbarra l-vaċċin tal-BioNTech/Pfizer, l-Erbgħa li għadda kien awtorizzat vaċċin ieħor, prodott mill-kumpanija Moderna. Vaċċini oħra mistennija jiġu approvati dalwaqt.

“Biż-żewġ vaċċini li għandna sa issa, diġà assigurajna ammont ta’ dożi li għandna bżonn biex inlaqqmu 380 miljun ċittadin Ewropew. Dan ifisser aktar minn 80% tal-popolazzjoni Ewropea,” qalet von der Leyen.

“L-Ewropa se jkollha aktar minn biżżejjed vaċċini. It-triq li qbadna hija t-triq it-tajba. Irridu nipproċedu flimkien. Għandna nkunu siguri ġaladarba kulħadd ikollu aċċess għall-vaċċin fl-Ewropa u għall-pajjiżi ġirien.”

Ekonomija

Sport