Sunday, December 22, 2024

Ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati ta’ Methode Electronics Malta Ltd.

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union għadha kif iffirmat ftehim kollettiv ġdid li jkopri l-ħaddiema kollha ta’ Methode Electronics Malta Ltd.  

Dan il-ftehim hu riżultat ta’ xhur twal ta’ taħdidiet mal-management u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-ħaddiema se jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol inkluż ukoll titjib fil-pakkett finanzjarju. 

David Darmanin, is-Segretarju tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni tal-General Workers’ Union ħa l-opportunita sabiex irodd ħajr lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex jintlaħaq dan il-ftehim li għandu jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.  

Il-ftehim ġie ffirmat minn David Darmanin, Segretarju tat-Taqsima tal-GWU, Maria Sonia Camilleri, Charlene Cachia, Matthew Chetcuti u Gary Parnis – shop stewards Methode Electronics Malta Ltd., Jose Luis Arenas – Viċi President HR EMEA u Stephen Rizzo – Viċi President Europe.

Ekonomija

Sport