Sunday, May 19, 2024

Malta tirraġistra rata ta’ inflazzjoni ta’ 7.1% f’Marzu li għadda

Aqra wkoll

Ċifri li ġew ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO) urew li r-rata tal-inflazzjoni f’Malta, f’Marzu li għadda kienet ta’ 7.1% li jfisser żieda ta’ 0.1% meta mqabbla max-xahar ta’ qabel.

“L-akbar kontribuzzjoni għar-rata tal-inflazzjoni annwali f’Marzu kienet fl-indiċi tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku, meta dawn żdiedu bi 2.30%. L-NSO fir-rapport qal ukoll li din iż-żieda kienet l-aktar dovuta għal prezzijiet għola tal-laħam. Fl-istess rapport intqal li l-akbar impatt fuq iż-żieda fl-inflazzjoni kienet ġejja mir-restoranti u l-lukandi.

Intant, ġie ppubblikata wkoll l-Istatstika tal-Eurostat fejn hawn intqal li l-inflazzjoni fil-pajjiżi taż-Żona Ewro kienet ta’ 6.9% filwaqt li fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 8.3%.

L-aktar pajjiżi li raw żieda fl-inflazzjoni kienu r-Repubblika Ċeka b’16.5% filwaqt li l-Latvja kellha inflazzjoni ta’ 17.2%. Fl-istess waqt l-Ungerija kellha l-akbar żieda minn fuq il-pajjiżi membri meta din kienet għal 25.6%.

Min-naħa l-oħra l-inqas pajjiżi li kellha rata ta’ inflazzjoni għolja kienu l-Lussemburgu bi 2.9%, Spanja bi 3.1% u fl-Olanda b’4.5%.

Sport