Tuesday, April 30, 2024

Ftit ġranet qabel tibda l-iskola… L-MUT iddikjarat tilwima industrijali

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Malta Union of Teachers (MUT) fuq is-sit tagħha ddikjarat tilwima industrijali mal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Din il-unjin mistennija toħroġ direttivi lill-membri affetwati dwar il-kwistjoni tal-għalliema peripatetiċi, kumplimentari u li joffru servizz li ssejħu biex jieħdu klassi fil-Primarja.

L-MUT qalet li ma taqbilx mal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar l-ammont meħtieġ ta’ għalliema peripatetiċi, kumplimentari u li joffru servizz, biex jimtlew klassijiet ġodda fil-Primarja miftuħa minħabba l-miżuri tal-Covid-19.

L-MUT qalet li għandha informazzjoni mill-iskejjel li għad hemm bżonn ta’ aktar għalliema għal dan il-għan u dan minkejja li ngħad li s-sejħa ntlaqgħet. L-MUT hija mħassba li jekk numru konsiderevoli ta’ għalliema peripatetiċi, kumplimentari u li joffru servizz jitpoġġew fi klassi, dan se jaffettwa lill-istudenti minħabba li mhux se jkollhom tagħlim ta’ ċertu suġġetti.

L-MUT avżat li jekk xi membri jkunu kkuntatjati mid-Direttorat biex jieħdu klassi, dawn jistgħu jikkomunikaw magħha bil-mezzi tas-soltu.

Sport