Birkirkara FC komplew bil-bidu perfett tagħhom fl-Enemed Women’s Futsal League wara rebħa konvinċenti ta’ 7-2 kontra Parr Mela Rockets. Din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva għal Birkirkara, li issa għandhom disa’ punti minn tliet logħbiet, bi 17-il gowl skurjat u erbgħa biss kontra.
Iċ-champions renjanti Zero Sei kisbu rebħa importanti ta’ 4-1 kontra Pietà Hotspurs, biex żammew ir-rekord perfett tagħhom. Zero Sei issa għandhom sitt punti minn żewġ logħbiet, b’sitt gowls favur u wieħed kontra. Min-naħa tagħhom, Pietà jibqgħu bi tliet punti minn żewġ logħbiet.
University of Malta Futsal kisbu t-tieni rebħa tagħhom tal-istaġun wara li għelbu lil Mġarr United 4-2. B’dan ir-riżultat, l-Università telgħu għal sitt punti minn tliet logħbiet, filwaqt li Mġarr United baqgħu bi tliet punti minn tliet konfronti.
Fil-klassifika, Birkirkara jinsabu fl-ewwel post b’disa’ punti, segwiti minn Zero Sei u University of Malta b’sitt punti kull wieħed. Pietà Hotspurs u Mġarr United għandhom tliet punti, filwaqt li Parr Mela Rockets u Birżebbuġa St Peter’s għadhom mingħajr punti.
Il-kompetizzjoni tkompli tiżviluppa hekk kif Birkirkara qed iżommu l-ewwel post, iżda Zero Sei għandhom logħba inqas u għadhom b’ċans li jilħquhom fil-quċċata.





