Tuesday, May 14, 2024

Futsal: Dylan Musu l-Enemed plejer ta’ Diċembru

Aqra wkoll

Il-plejer li jilgħab ma’ Ta’ Xbiex Futsal Dylan Musu hu r-rebbieħ tal-Enemed Plejer tax-xahar ta’ Diċembru.

Musu, li għandu 33 sena, għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-futsal lokali hekk kif lagħab ma’ Ta’ Żwejt Boys, San Ġwann, Valletta, l-Universita’ ta’ Malta u Luxol St Andrews b’karriera ta’ 13-il sena. Fil-bidu ta’ dan l-istaġun ingħaqad ma’ Ta’ Xbiex fejn qed ikollu mumenti ferm tajbin magħhom.

Ix-xahar ta’ Diċembru kien wieħed eċċezzjonali għall-plejer internazzjonali Malti, hekk kif skorja gowls importanti sabiex xpruna lit-tim tiegħu li jinsab jaqsam l-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Futsal League flimkien ma’ Luxol u Swieqi.

Il-preżentazzjoni lil Dylan Musu saret mill-president tal-FMA il-perit Mark Borg fejn apparti t-trofew, hu ngħata wkoll xi vouchers mingħand l-isponsors.

Sport