Tuesday, April 30, 2024

Darts: Jingħata bidu għall-kampjonat 5-a-side

Aqra wkoll

It-Tlieta li għadda ngħata bidu għall-kampjonat 5-a-side tad-darts organizzat mill-MDA. F’dan it-turnament qed jieħdu sehem 15-il tim u ġew maqsuma f’erba’ gruppi.

Fi grupp A, Ħamrun Bayern A iddominaw u għelbu lil Duke’s A 5-0 filwaqt li Fgura Maypole xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Sliema Inter 3-2.

Fi grupp B, Manchester Conquest Pub iddominaw il-logħba kontra Żebbuġ Rangers FC tant li rebħu 5-0.

Fi grupp Ċ, Floriana Ajax B u Education Bar kisbu l-ewwel tliet punti tat-turnament wara rebħiet kontra Ħamrun Bayern B (3-2) u Birżebbuġa Lions (5-0).

Finalment fi grupp D, Fgura Kenky ġabu fix-xejn l-isfida ta’ Żejtun Beland u rebħu 5-0 filwaqt li Floriana Ajax A għelbu 4-1 lil Leah’s Bar.

Sport