Thursday, April 18, 2024

Fl-Istati Uniti: Żewġt itfal jinqabdu jsuqu mill-Pulizija waqt li kellhom pistola u droga fil-karozza

Aqra wkoll

Il-Pulizija Amerikana rnexxielhom jaqbdu tifla ta’ 13-il sena li kienet qed issuq karozza flimkien ma’ tifel ta’ 11-il sena, u li kellhom fil-pusses tagħhom pistola u droga marijuana. L-operazzjoni damet għaddejja 16-il minuta.

Kien għall-ħabta tad-9:35 p.m. tat-Tnejn li għadda meta uffiċjali tal-pulizija ta’ Nebraska, fl-Istati Uniti, li kienu inkarigati mir-rondi ċċumbaw vettura Nissan Pathfinder li kienet għaddejja minn highway fi triqitha lejn il-Lvant b’veloċità ta’ 35mph.

Għalkemm uffiċjal tal-pulizija ta s-sinjal lis-sewwieqa tan-Nissan biex jieqaf, ix-xufier tal-SUV baqa’ jżid fil-veloċità u qabeż il-100mph. Uffiċjal ieħor ingħaqad fil-ġirja biex titwaqqaf is-sewwieqa.

Eventwalment, skont ma qalu l-uffiċjali li kienu involuti f’din l-operazzjoni, qalu li l-vettura meta ħarġet mill-highway u ġibdet lejn it-Tramuntana naqqset il-veloċità. Wieħed mill-uffiċjali rnexxielu jwettaq intervent b’suċċess fejn irnexxielu jwaqqaf l-SUV.

Is-sewwieqa u l-passiġġier ittieħdu f’idejn il-kustodja tal-pulizija u iżjed tard ġew identifikati bħala tifla ta’ 13-il sena u tifel ta’ 11-il sena rispettivament, it-tnejn minn Colorado, però s’issa għadhom ma ġewx żvelati l-ismijiet tagħhom.

S’issa għadu mhux magħruf kif irnexxielhom jiksbu l-pistola u d-droga, u għadu mhux konfermat jekk hux se jittieħdu passi kontrihom.

Ekonomija

Sport