Saturday, May 18, 2024

Futsal: Għaxar timijiet se jieħdu sehem fl-Enemed Futsal League

Aqra wkoll

L-istaġun lokali tal-futsal se jibda fl-aħħar ta’ dan ix-xahar bil-finali tas-Super Cup bejn iċ-champions Luxol St Andrews u r-rebbieħa tan-KO l-Universita’ ta’ Malta. Din il-logħba se tintlagħab fit-30 ta’ Settembru fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.

Sadanittant sar magħruf li l-Enemed Futsal League se jibda x-xahar id-dieħel b’ għaxar timijiet se jipparteċipaw fejn barra l-konferma ta’ Luxol St Andrews, Żurrieq FC, l-Universita’ ta’ Malta, Marsaskala, St George’s u Ta’ Xbiex se jkun hemm erba’ timijiet ġodda u dawn huma Swieqi United FC, Fgura United FC, it-tim tal-Veterani u l-introduzzjoni tat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena tal-Futsal.

Fl-istess waqt, ġie kkonfermat li f’Ottubru li ġej, Malta se tospita grupp 4 tar-rawnd ewlieni tal-UEFA Futsal Champions League hekk kif iċ-champions Luxol se jaffaċċjaw lil Barcelona, Dobovec u Hovcubo.

Sport