Wednesday, July 29, 2026
Home Internazzjonali Mexxej tal-Hindu arrestat fuq akkużi li stupra żewġ tfajliet taħt l-età

Mexxej tal-Hindu arrestat fuq akkużi li stupra żewġ tfajliet taħt l-età

0
703

Il-pulizija fl-istat Indjan ta’ Karnataka arrestat mexxej influwenti reliġjuż tal-Hindu talli allegatament stupra żewġ tfajliet taħt l-età.

Shivamurthy Murugha Sharanaru mill-komunità Lingayat, setta Hindu dominanti f’dan l-istat, jinsab akkużat li aggreddixxa lill-bniet fis-seminarju tiegħu. 

Huwa kien arrestat il-Ħamis filgħaxija, sitt ijiem wara l-ilment li sar kontrih u li wassal għal protesti f’dan l-istat. Sharanaru qiegħed jiċħad l-akkużi miġjuba kontra tiegħu.

Huwa tressaq fil-Qorti fl-Indja l-Ġimgħa u baqa’ jinżamm taħt kustodja ġudizzjarja ta’ 14-il jum.