Friday, November 15, 2024

Futsal: L-Awstrijaċi wisq b’saħħithom għall-Maltin

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal immexxi minn Zeljko Anicic tilef l-ewwel partita ta’ ħbiberija internazzjonali tiegħu bl-iskor kbir ta’ 8-2 kontra l-Awstrija.

Ma kinitx partita faċli għall-Maltin, ikklassifikati fil-126 post kontra t-tim Awstrijak li jinsab fid-79 post.

L-ewwel taqsima kienet kollha ddominata mill-Awstrija li skorjaw erba’ goals mingħajr risposta permezz ta’ Sinan Bicer, Vahid Muhamerovic, Andrei Vukovic, u Marco Meitz sakemm Malta naqqsu l-arretrati minn Maicon.

Qabel il-mistrieħ, Alec Flogel skorja l-ħames gowl tal-Awstrija.

Fit-tieni taqsima, il-Maltin kienu aħjar hekk kif iddefendew bla biża’ u ppruvaw joperaw fl-attakk. Minkejja dan kollu, Flogel skorja doppjetta personali qabel ma Andre Cachia skorja goal ieħor għall-Maltin.

Mathias Binder u Andrej Vukovic skorjaw żewġ goals oħra għall-Awstrijaċi biex għamlu l-iskor finali 8-2 favur l-Awstrija.

Malta tilgħab it-tieni partita ta’ ħbiberija internazzjonali tagħha kontra l-Awstrija għada fit-8pm fil-Padiljun tal-NSS.

Malta: Clint Mifsud, Steven Camilleri, Matthew Attard, Maicon, Luke Gatt, Karl Sciortino, Dale Valletta, Andre Cachia, Andre Ciancio, Ryan Muscat, Karl Luke Schembri, Cleaven Portelli, Jean Noel Azzopardi, Mathias Borg

Awstrija: Dominik Hemmelmayer, Marco Meitz, Matthias Binder, Sinan Bicer, Vahid Muhamerovic, Marko Mrsic, Arthur Vozenilek, David Rajkovic, Gustavo Steinwandter, Alec Floger, Mathias Sadilek, Manuel Leeb, Andrej Vukovic, Fatlu Kreka

Referees: Jude Amin Utulu, Clint Cassar, Danilo Francalanza, Antonio Cassar.

Ekonomija

Sport