Tuesday, May 14, 2024

Blackball: Ħames plejers jiksbu suċċess fil-Euro Ranking Tournament 3  

Aqra wkoll

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa sar it-tielet Euro Ranking Tournament fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara fejn b’kollox kien hemm ħames plejers li rebħu l-kategorija rispettiva tagħhom.  

Fil-Kategorija Men’s, Dejan Grech kompla jikkonferma s-supremazija tiegħu wara li ddomina l-konfront kontra Philip Coleiro 10-1.  

Deacon Formosa kiseb suċċess fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena għalkemm ma kellux biċċa xogħol faċli sabiex jirbaħ 9-6 lil Matthias Debono.  

Fis-Seniors, Clint Azzopardi u Stephen Mangion offrew logħob ferm sabiħ għalkemm kien tal-ewwel li rebaħ 10-8 b’Conrad Catania li bata mhux ftit sakemm rebaħ lil Marco Bonello 10-9 fil-Masters.  

Finalment, Mark Debono kien aħjar minn Manuel Saliba fil-GrandMasters ta’ aktar minn 60 sena hekk kif rebaħlu 8-6.  

Sport