Monday, May 13, 2024

Futsal: L-Universitá ta’ Malta jibqgħu b’punti massimi

Aqra wkoll

L-Universitá ta’ Malta kisbu t-tmien rebħa staġjonali fl-Enemed Futsal League meta għelbu lil Swieqi United 9-2.

L-Universitarji kienu dejjem iffukati tul il-logħba kollha bi Swieqi li wara li ġabu d-draw ippruvaw ilaħħqu mal-avversarji iżda wara xi żbalji difensivi li wettqu, kien diffiċli għalihom biex jieħdu xi ħaġa minn din il-partita.

Gia Nikvashvili u Kaue Meggiato Motta skorjaw doppjetta kull wieħed b’Guillherme Fonseca, Aaron Montebello, Zvezdan Vukovic, Steven Camilleri u Andre Cachia li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Brayan Stiven Rivera skorja doppjetta għal Swieqi.

Referees: Clint Cassar u Andrea Naudi.

Ta’ Xbiex Futsal irritornaw għar-rebħ wara skor ta’ 2-0 kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena. Huma skorjaw gowl f’kull taqsima sabiex aċċertaw ruħhom mit-tliet punti għalkemm xejn ma sabuha faċli jinfdu lid-difiża avversarja.

Dexter O’Brien u Esteven Lozada skorjaw il-gowl importanti għal Ta’ Xbiex.

Referees: Danilo Francalanza u Sillah Al Hasana.

KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE

University of Malta ACJ Group 24, Luxol St Andrew’s 19, ŻRQ Bormla 16, Swieqi United FC Futsal 15, Birżebbuġa St Peter’s, Ta’ Xbiex Futsal Izola Bank 12, Selezzjoni Maltija U19 4, Selezzjoni Maltija U18 3, Sliema Wanderers FC Futsal 2, Marsaskala Futsal 1, Gżira United Santa Margherita 0

Sport