Luqa St Andrew’s xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Lija Athletic 4-3 f’logħba minn sezzjoni B tal-Fuel 10 K Under 16 Futsal League.
Wara li sabu ruħhom gowl minn taħt, il-Luqin wettqu reazzjoni tant li sa tmiem l-ewwel taqsima dawru l-iskor favurihom għal 3-1.
Minkejja kollox, Lija baqgħu wara l-avversarji għalkemm dan l-isforz ma kienx biżżejjed biex isalvaw il-partita.
Zac Zammit, Marc Joe Micallef, Lyon Testa u Matthias Spiteri skorjaw il-gowls l-aktar importanti għal Luqa St Andrew’s filwaqt li Andrea Cachia, Rhys Mark Attard u Melvin Perry irrispondew għal Lija.
Referees kienu Jonathan Balzan u Sara Kankaras.
F’partita oħra minn sezzjoni A, Mosta iddominaw il-konfront kontra Floriana tant li rebħu 7-1.
Andrea Shribano skorja doppjetta filwaqt li Dayle Cachia, Francois Micallef, Jean Cilia, Luca Chetcuti u Daniel Belfiore Sciberras żiedu aktar gowls għall-Blues.
Floriana skorjaw l-uniku gowl permezz ta’ Euan Galea.
Referees kienu Jonathan Balzan u Sara Kankaras.