Friday, September 11, 2026
Home Sport Kampjonat Ewropew tas-Snooker – Sofia 2026 Erba’ jikkwalifikaw għal fażi tan-knockout

Kampjonat Ewropew tas-Snooker – Sofia 2026 Erba’ jikkwalifikaw għal fażi tan-knockout

0
63

Erba’ minn ħames plejers li qed jieħdu sehem fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tas-Seniors Individwali li qed isir f’Sofia, fil-Bulgarija, il-Ħamis jikkwalifikaw għal fażi tan-knockout. Fit-tieni jum ta’ kompetizzjoni Malta sofriet telfa waħda biss minn sitt logħbiet.

Fil-kategorija ta’ -il fuq minn 40 sena, ż-żewġ Maltin plejers Maltin, Alex Borg u Philip Ciantar rebħu l-konfronti tagħhom biex barra li kkwalifikaw rebħu l-grupp ukoll u għaddew għar-rawnd tal-aħħar 32.

Borg lagħab żewġ logħbiet, kmieni għeleb lill-Belġjan, Patrick Geysels, 3-1 bil-punteġġi ta’ 68-53, 57-34, 30-56, 66-28 u aktar tard b’istess skor rebaħ lil Gavin Colcombe ta’ Wales, 61-52, 62-54, 34-59, 63-14.

Ciantar fl-uniku logħba li lagħab rebaħ, 3-1, kontra Darryl James ta’ Wales, 71-7, 61-70, 63-49, 58-47.

Fil-kategorija ta’ -il fuq minn 55 sena, France Mintoff li kien diġà kkwalifika fl-ewwel jum, rebaħ l-aħħar logħba tiegħu u spiċċa l-ewwel fil-grupp. Huwa għeleb lil lill-Belġjan, Eddy Kinderemans, 3-0 bil-punteġġi ta’ 74-48, 82-29, 47-37. Mintoff għadda direttament għar-rawnd tal-aħħar 16.

Ivan Attard li kien diġà eliminat rebaħ l-aħħar konfront tiegħu 3-1 kontra avversarju mill-Irlanda, Paul Arnold, 74-48, 82-29, 47-37 filwaqt li Emanuel Mallia minkejja li tilef kontra John Breeze ta’ Wales xorta kkwalifika għal fażi li jmiss però fir-rawnd li jmiss rrid jilgħab logħba preliminari biex jgħaddi mal-aħħar 16. Huwa tilef l-aħħar konfront tal-grupp, 3-1 (58-51, 55-63, 38-58, 22-56).

Il-Ġimgħa, il-ħames tal-plejers Maltin li kkwalifikaw għal fażi tan-knockout ser jilgħabu hekk:

09:00O/40 l-aħħar 32Alex BorgvsDarryl James (Wales)
09:00O/40 l-aħħar 32Philip CiantarvsMiro Popovic (Ġermanja)
09:00O/55 preliminariEmanuel MalliavsPeter Varga (Ungerija)
11:00O/55 l-aħħar 16France MintoffvsJohn Breeze (Wales)
*Ħin ta’ Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here