Il-Pellegrinaġġ tat-Tfal bir-Roti f’Ħaż-Żabbar sar sinonimu li jsir kull sena u li dan bħala parti mill-inizjattivi sbieħ marbuta mal-festa tal-Madonna tal-Grazzja. Il-pellegrinaġġ tat-tfal beda jsir fl-2007 u minn dak iż-żmien ’l hawn sar appuntament annwali li jiġbor flimkien għadd sabiħ ta’ tfal bir-roti tagħhom.
Għall-festa ta’ din is-sena, il-pellegrinaġġ sar it-Tlieta 8 ta’ Settembru. It-tluq ta’ dan il-Pellegrinaġġ kien għall-ħabta ta-9:30 a.m., minn quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes. It-tfal saqu r-roti tagħhom sa quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, fejn hemmhekk saret ċelebrazzjoni qasira.

Għaż-Żabbarin, dan il-pellegrinaġġ għandu sinifikat importanti għaliex jgħaqqad il-fidi, it-tradizzjoni u l-ħajja tat-tfal. Din serviet ukoll bħala opportunità biex it-tfal jieħdu sehem fil-festa titulari, filwaqt li jgawdu attività flimkien ma’ sħabhom u mal-familji tagħhom.
Intant nhar il-Ħadd li ġej, 13 ta’ Settembru se jkun qiegħed jirritorna wkoll għal sena oħra konsekuttiva, il-Pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi għal l-adulti. Dan il-pellegrinaġġ ilu jsir mis-sena 1951.

Għal iktar informazzjoni fuq dan l-avveniment li se jsir nhar il-Ħadd, wieħed għandu jżur il-paġna ta’ Facebook: Għaqda Pellegrinaġġ Muturi u Roti

