Friday, May 3, 2024

Futsal: Luxol dikjarati champions

Aqra wkoll

Luxol St Andrews huma ċ-champions tal-futsal lokali wara li fit-tieni finali tal-Enemed Futsal Premier League play-offs huma ddominaw u għelbu lil Valletta 6-0. Dan kien is-seba’ kampjonat mirbuħ minn Luxol.

Din kienet ukoll it-tieni rebħa għat-tim immexxi minn Gabriel Dobre wara li jumejn qabel kienu rebħu 9-3 lit-tim mill-kapitali.

Luxol mal-ewwel ħarġu fuq l-attakk u stabilixxew vantaġġ ta’ erba’ gowls fl-ewwel taqsima grazzi għal Celino Alves, Marwan Telisi, Mark Zammit u Emil Raducu.

Fit-tieni taqsima, l-affarijiet ftit inbidlu b’Luxol jiskorjaw żewġ gowls oħra permezz ta’ Everton Veve u Mark Zammit li għaqqad doppjetta personali.

Fi tmiem il-konfront setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet li laħqu l-qofol tagħhom mal-preżentazzjoni tat-tazza mill-president tal-FMA Mark Borg lill-captain ta’ Luxol Mark Zammit.

Sport