Monday, May 13, 2024

Futsal: Luxol jiddominaw l-ewwel finali

Aqra wkoll

Luxol St Andrew’s rebħu l-ewwel finali tal-Enemed Futsal League meta ddominaw il-konfront kontra University of Malta ACJ Group u rebħulhom 4-1.

It-tim immexxi minn Gabriel Dobre kellu l-ewwel taqsima perfetta fejn skorja erba’ gowls u prattikament kien diġa’ aċċerta ruħu mir-rebħa.

Min-naħa tal-Universita’ minkejja li ppruvaw jattakkaw, sabu lid-difiża ta’ Luxol attenta bil-goalkeeper Clint Mifsud awtur ta’ diversi saves determinanti.

Awtogowl ta’ Melvin Borg poġġa lil Luxol fil-vantaġġ sabiex Everton Veve, Andre Ciancio u Andy Mangion stabilixxew vantaġġ ta’ 4-0 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima, Leo Muscat naqqas il-marġni tal-iskor għall-Universitarji.

Iż-żewġ naħat jerġgħu jiltaqgħu kontra xulxin nhar il-Ġimgħa għat-tieni finali u jekk Luxol jirbħu jkunu dikjarati champions għal dan l-istaġun.

Referees kienu Andrea Naudi u Jude Amin Utulu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport