Sunday, December 22, 2024

Futsal: Marsaskala jkomplu bit-triq tal-progress

Aqra wkoll

Marsaskala komplew bit-triq tal-progress meta kisbu rebħa tajba ta’ 4-2 kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena.

Ma kinitx logħba faċli għall-Iskalin biż-żgħażagħ Maltin li dejjem baqgħu fil-logħba u kien biss fl-aħħar li ċedew l-armi.

Għall-Iskalin Amir Ashtiyani, Craig Pickard, Owen Duca u Alessio Restuccia filwaqt li Maximilian Tomasuolo u Luca Suda irrispondew għas-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena.

Referees kienu Danilo Francalanza u Antonio Cassar.

Sliema Futsal kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara skor ta’ 5-4 kontra l-ġirien Gżira United.

Kif jindika r-riżultat, kienet logħba ferm bilanċjata bejn żewġ timijiet li qed jokkupaw l-aħħar pożizzjonijiet fil-klassifika.

Sa tmiem l-ewwel taqsima, il-Maroons kienu qed jirbħu 3-2 iżda fit-tieni taqsima, il-Blues tjiebu ferm u qalbu l-iskor favurihom.

Wissam El Zaredi u Rajed Najem skorjaw doppjetta kull wieħed għal Sliema b’Faisal Alnakuoo li wkoll niżżel ismu fost l-iskorers.

Felipe Andres Aguilera kien awtur ta’ doppjetta għal Gżira bi Clayton Micallef u Nazzareno Abela li żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Referees kienu Clinton Cassar u Marco La Rosa

KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE

University of Malta ACJ Group 27, Luxol St Andrew’s, ŻRQ Bormla 25, Swieqi United FC Futsal 21, Birżebbuġa St Peter’s 18, Marsaskala Futsal 13, Ta’ Xbiex Futsal Izola Bank 12, Selezzjoni Maltija U19 7 , Sliema Wanderers FC Futsal 5, Selezzjoni Maltija U18 3, Gżira United Santa Margherita 3.

Ekonomija

Sport