Tuesday, May 21, 2024

Ħamrun Bayern A jegħlbu liċ-champions Floriana Premier Cars

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern A rebħu l-isfida diretta tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika meta għelbu liċ-champions Floriana Premier Cars 5-3 sabiex issa telgħu jaqsmu l-ewwel post flimkien mal-istess avversarji.

Il-Ħamruniżi sabu ruħhom minn taħt fil-bidu tal-logħba iżda għarfu jdawru l-iskor favurihom sabiex ħadu tliet punti li se jiswewlhom mitqlu deheb.

Hekk kif Żejtun Laċċi ma kinux fl-azzjoni, Birżebbuġa Lions jinsabu tliet punti biss ‘il bogħod mill-quċċata wara rebħa tajba ta’ 7-1 kontra Floriana Ajax MCP.

Sliema Lounge A u PO’s Bar ħadu punt kull wieħed wara draw ta’ 4-4.

Fit-tieni diviżjoni, is-sitwazzjoni ftit inbidlet hekk kif it-tliet timijiet ta’ quddiem baqgħu jirbħu.

Il-leaders Birgu Boċċi Club A għelbu faċilment lil Żebbuġ Rangers Darts Team 8-0 filwaqt li Domus Men’s ukoll ixxalaw waqt li rebħu 7-1 lil Cox Bar.

Duke’s Bar u Top Gun Bar kienu wkoll dominanti fuq Beland Żejtun (8-0) u Leah’s Bar A (7-1) rispettivament.

Fit-tielet diviżjoni, il-leaders Leah’s Bar B kisbu rebħa prezzjuża ta’ 6-2 kontra Tal-Balklor b’Munchies Bar u Żejtun Laċċi Maypole li wkoll irreġistraw l-istess skor kontra Sliema Lounge B u Tal-Ġilju Mqabba rispettivament.

Nicolo Isouard kisbu t-tielet rebħa staġjonali wara skor ta’ 5-3 kontra Domus Ladies.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Floriana Ajax Premier Cars A, Ħamrun Bayern A 23, Żejtun Laċċi A 22, Birżebbuġa Lions 20, Sliema Lounge A 11, Floriana Ajax MCP 6, PO’s Bar 3, Ħamrun Bayern B 1.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club A 28, Domus Men’s 25, Duke’s Bar 24, Top Gun 16, Cox Bar 9, Żebbuġ Rangers DT, Beland Żejtun 7 , Leah’s Bar 0

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Leah’ Bar B 28, Żejtun Laċċi Maypole 27, Birgu Boċċi Club B 21, Tal-Balklor Senglea 14, Munchies Bar 12, Nicolo Isouard 11, Mqabba Tal-Ġilju 10, Domus Ladies 7, Sliema Lounge B 5.

Sport