Friday, November 22, 2024

Futsal tan-Nisa Zero Sei fl-ewwel post

Aqra wkoll

Zero Sei telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Women’s Futsal League wara rebħa tajba ta’ 2-0 kontra Santa Margherita Futsal. Huma skorjaw gowl f’kull taqsima sabiex aċċertaw ir-rebħa. Minkejja l-attakki kontinwi ta’ Santa Margherita fit-tieni taqsima, huma ma rnexxielhomx jinfdu d-difiża soda avversarji bil-goalkeeper Dorienne Grech li wettqet numru ta’ saves tajba.

Awtogowl ta’ Jennifer Grech u gowl ieħor ta’ Andrea Alonso iddeċidew din il-logħba.

Referees kienu Andrea Naudi u Stefania Bonnici.

Iċ-champions Lija Athletic kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fid-debutt tagħhom f’dan il-kampjonat wara skor ta’ 5-2 kontra Mtarfa.

Lija sabu ruħhom darbtejn minn taħt iżda kienu kapaċi jdawru l-iskor favurihom sabiex ħadu l-ewwel tliet punti tal-istaġun.

Demi Magrin poġġiet lil Mtarfa minn fuq sabiex awtogowl ta’ Emily Abdilla ġabet l-iskor indaqs għal Lija. Janice Pace stabilixxiet vantaġġ ieħor għal Mtarfa b’Lija li mal-ewwel wettqu reazzjoni u skorjaw erba’ gowls konsekuttivi minn doppjetta ta’ Leanne Micallef u gowls oħrajn ta’ Izabella Camilleri u awtogowl ta’ Karen Lia.

Referees kienu Pierre Bonnici u Sara Kankaras.

Parr Mela Pebbles Futsal kisbu l-ewwel rebħa staġjonali wara li għelbu lil Iklin 4-3. Kienet logħba ferm bilanċjata u inċerta sal-aħħar b’Parr Mela li fl-aħħar mill-aħħar ħadu l-ewwel tliet punti tal-istaġun.

Carol Salazar poġġiet lil Parr Mela minn fuq b’Mariah Catanzaro iġġib l-iskor indaqs għal Iklin. Eona Variza u Maria Coppola għamlu l-iskor 3-1 għal Parr Mela b’Eliana Gialanze terġa’ tnaqqas l-iskor għal Iklin.

Eona Vargas għaqqdet doppjetta personali għal Parr Mela b’Mariah Catanzaro li naqqet għall-aħħar darba l-iskor għal Iklin.

Referees kienu Stephen Vella u Danilo Francalanza.

KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE

Zero Sei 6, Santa Margherita Women’s Futsal, Mtarfa Women, Parr Mela Pebbles Women’s Futsal Lija Women Futsal 3, Swieqi United Women’s Futsal LEC 07, Iklin Women’s Futsal 0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport