Monday, December 9, 2024

Ġurnata pożittiva għat-timijiet ta’ HiTT Academy

Aqra wkoll

It-tliet timijet ta’ HiTT Academy kellhom ġurnata pożittiva ferm fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tat-table tennis meta mhux biss rebħu l-logħbiet kollha tagħhom iżda jinsabu kollha kemm huma fl-ewwel post tal-klassifika.

Iċ-champions HiTT Academy WH Middle East rebħu konfront delikat kontra Alpha Gewo 4-3. Mill-banda l-oħra, HiTT Academy Liebherr u HiTT Academy Midea Air Conditioning kellhom rebħiet faċli kontra Alpha Alberta Group (5-1) u Alpha Calleja Ltd (6-0) rispettivament.
Kien hemm ukoll rebħiet identiċi ta’ 5-1 għal MITTC Dignics u TopSpin TTA Andro li għelbu lil Mosta Gunners u TopSpin TTA Roxon rispettivament.

Fit-tieni diviżjoni, HiTT Academy Tibhar jinsabu b’punti massimi wara li kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva wara li għelbu lil MITTC Butterfly Super Chak 4-2.

Sadanittant dawn kienu r-riżultati li kellna matul din il-ġimgħa ta’ logħob:

It-Tieni Diviżjoni

HiTT Academy Home Trends – PBC Table Tennis Bluegrip 4-3

PBC Table Tennis Bluefire – TopSpin TTA “Fraser” 4-2

HiTT Academy Legends – TopSpin TTA “Supercores” 6-0

MITTC Butterfly SUPERCHAK – HiTT Academy Tibhar 2-4

HiTT Academy Mosta Dome B&B – TopSpin TTA “Hexer” 1-5

Alpha Coogis – Valletta HiTT Academy 2-4

It-Tielet Diviżjoni

Alpha Dynatec – Kindred 4-2

TopSpin TTA “Novacell” – Sharp Shot Jekyl & Hyde 0-6

HiTT Academy Faraxa – HiTT Academy Tibhar Evolution 4-2

HiTT Academy Sports Experience – Alpha Codexx 3-4

TopSpin TTA “Skelton” – Sharp Shot Petrolea 2-4

Sharp Shot Xiom – Alpha Flexxon 4-2

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp A

Sharp Shot Omega – Ball Benderz Double Bounce 4-2

TopSpin TTA “Kanter” – MITTC Butterfly Mizuno 4-2

HiTT Academy Tibhar MK – HiTT Academy Tibhar Evolution MXP 4-2

Sharp Shot Control – Alpha Youths 1-5

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp B

TopSpin TTA “Beta” – Alpha Firebolt 0-6

TopSpin TTA “Munro” – Sharp Shot Novus 4-2

MITTC Tenergy – HiTT Academy ITX 5-1

Spin Ryderz Double Bounce – HiTT Academy Pembroke 0-6

Sharp Shot Flick Bye

Ekonomija

Sport