Monday, December 9, 2024

Floriana u Sliema fi draw ta’ 0-0 f’logħba diżappuntanti

Aqra wkoll

Floriana ………0

Sliema W. ……0

Minn Cristian Muscat

F’partita li ma laħqitx l-aspettattivi mixtieqa bejn żewġ rivali antiki, Floriana u Sliema Wanderers spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals li kkuntenta l-aktar lil-leaders Birkirkara.

Sliema kienu territorjalment aħjar, rebħu s-settur ta’ nofs il-ground u bdew jikkontrollaw l-isforzi ta’ Floriana biex il-goalkeeper, Kelvin Emeka, qatt ma ġie impenjat.

Min-naħa ta’ Floriana, kie­nu mingħajr ideat u l-objettiv tagħhom kien li jixħtu l-ballun lejn Franklin Saseres biex jipprovaw japprofittaw mill-veloċitá tiegħu, li iżda, kien miżmum f’morsa mid-difiża Slimiża.  Barra minn hekk kie­nu wisq passivi fil-kostruz­zjoni offensiva tagħhom.

Fit-tieni taqsima, il-Greens tjiebu iżda naqsu li jinkwadraw xutt fil-lasti. Huma bdew jaslu sa tliet kwarti ta’ ground bl-azzjonijiet bdew jisfumaw fix-xejn minħabba li ma kienux penetranti.

Wara biss ħames minuti, Sliema Wanderers setgħu skorjaw meta Dunstan Vella tilef il-ballun fil-kaxxa wara li pprova jdur bejn żewġ players, bil-ballun jaqa’ għand Mohamed Awad li minn po­żizzjoni angolat falla din l-opportunitá. 

Fit-18-il minuta, l-istess Awad żmarka lil Cain Attard fuq in-naħa l-oħra tal-ground li kien ġej bil-ġirja iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat.  Fit-30 minuta, reġa’ kien Awad li pprova jaħsad lill-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi,  mid- distanza iżda falla l-mira.

Fit-38 minuta, il-Wanderers kienu sfortunati meta l-free-kick imdawwar ta’ Steve Pi­sani ħabat mal-wieqfa.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet fit-62 minuta meta Vito Plut niżżel il-ballun lejn Wescley Matos Da Silva li minn tarf il-kaxxa ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi ftit barra. U tliet minuti wara, mill-istess distanza ġiegħel lil Mafoumbi jdawwar f’corner bi tbatija.

Fis-70 minuta, wasal l-ewwel xutt ta’ Floriana meta Thiaginho bidel il-ballun ma’ Vella iżda xeħet għoli.

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech, 9-Kemar Reid, 11-Thiago Dos Santos Nascimento, 12-Dunstan Vella, 20-Matias Nicolas Garcia, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro, 70-Fernando De Araujo, 79-Guy Serge Tameogo – Coach: Darren Abdilla

SLIEMA W.: 12-Kelvin Agu Emeka, 2-Jean Borg, 9-Vito Plut, 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley Matos Da Silva, 22-Cain Attard (7-Adam Magro Overend 77), 31-Murilo Henrique Bernardo, 42-Simon Zibo, 70-Steven Pisani (18-Sergio Ramos Da Silva 85), 77-Mohamed Abdulahi Awad – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Malcolm Spiteri

SKORER: xxx

AMMONITI: S. Zibo, M. Hen­rique (SW); M. Garcia (F)

Ekonomija

Sport